Nimxu Mixja – Immaġina ‘l Birkirkara

The Year 5 pupils of St Theresa College – Birkirkara Primary School together with the Nimxu Mixja Team are inviting you to join them for a community walk as part of their celebration of the project Nimxu Mixja. We’re meeting on Sunday, 2nd June at 9:15am in front of the Birkirkara Primary School in Brared Street and we will walk together to The Mill – Art, Culture and Crafts Centre in Birkirkara where there will be an art exhibition displaying the students’ work. We are also organising a number of activities and all children are invited to bring along their bicycles, scooters, skates, rollerblades and skateboards.

Light refreshments will be served. We invite you to bring your own reusable cup.
We encourage you to walk it to the meeting point, or make use of public transport.

The exhibition will be open at The Mill for two weeks until the 14th June.

Venue: The Mill – Art, Culture and Crafts Centre, Birkirkara

Dates:  Sunday 2 June 2019 09:15 to 11:30 (community walk and exhibition launch)

Opening hours: from the 3 June to the 14 June on Mondays, Thursdays, and Fridays, 17:00 to 19:00.

Facebook event page: https://www.facebook.com/events/368099094140294/

Project details: Nimxu Mixja introduced the Year 5 students to walking practice as an art form while fostering a sense of community and a deeper understanding of their school town. The children were encouraged to rethink how space is used and to exchange their ideas, hopes, and solutions on where they live, play and study. Furthermore, the project aimed to present an alternative to the car culture that is prevalent in society today and which hinders a sense of ownership or community.

Nimxu Mixja is taking place in collaboration with Kristina Borg, Raffaella Zammit, Gabriel Caruana Foundation, Birkirkara Primary School and supported by Arts Council Malta – Kreattiv.

—————-

L-istudenti tal-Ħames Sena tal-Kulleġġ Santa Tereża Skola Primarja Birkirkara jixtiequ jistednuk biex tingħaqad magħhom għal mixja komunitarja bħala parti miċ-ċelebrazzjoni tal-proġett Nimxu Mixja. Se niltaqgħu nhar il-Ħadd, it-2 ta’ Ġunju fid-9:15am quddiem l-iSkola Primarja Birkirkara fi Triq Brared u flimkien nimxu sal-Mitħna – Ċentru tal-Arti, Kultura u Snajja’ f’Birkirkara fejn ikun hemm wirja artistika b’xogħol l-istudenti. Qed norganizzaw ukoll numru ta’ attivitajiet u t-tfal huma mistiedna jġibu magħhom ir-roti, scooters, skates, rollerblades u skateboards.

Se jiġi servut ikel u xorb ħafif. Nistednuk iġġib tazza li terġa’ tintuża.
Inħeġġuk timxiha sal-iskola jew tagħmel użu tat-trasport pubbliku.

Il-wirja ġewwa l-Mitħna se tkun miftuħa għal ġimgħatejn sal-14 ta’ Ġunju.

Post: l-Mitħna, Ċentru tal-Arti, Kultura u Snajja’ f’Birkirkara

Dates: il-Ħadd, it-2 ta’ Ġunju 09:15 – 11:30 (mixja u wirja)

Ħinijiet ta’ ftuħ:  mit-3 sal-14 ta’ Ġunju, it-Tnejn, il-Ħamis u l-Ġimgħa,bejn 17:00 to 19:00.

Facebook event page: https://www.facebook.com/events/368099094140294/

Dettalji dwar il-proġett: Nimxu Mixja introduċa l-istudenti tal-ħames sena għall-mixi bħala prattika artistika filwaqt li jrawmu sens ta’ komunità u għarfien aħjar dwar Birkirkara. L-istudenti kienu mħeġġa jaħsbu dwar id-disinn tal-ispazju ta’ madwarhom u jaqsmu l-ideat, ix-xewqat u s-suġġerimenti tagħhom dwar fejn joqogħdu, jilagħbu u jistudjaw. Barra minn hekk, il-proġett ħeġġeġ lill-istudenti jaħsbu u jużaw alternattivi differenti minflok l-użu tal-karozza li huwa tant prevalenti fis-soċjetà tal-lum u li jfixkel kull sens ta’ komunità.

Nimxu Mixja qed iseħħ f’kollaborazzjoni ma’ Kristina Borg, Raffaella Zammit, Gabriel Caruana Foundation, l-Iskola Primarja ta’ Birkirkara u megħjun mill-Kunsill tal-Arti Malta – Kreattiv.

Photo: Elisa Von Brockdorrf

Leave a comment

You must be logged in to post a comment.