Nhar il-Ħamis, 20 ta’ Diċembru, Inizjamed tistedinkom għall-31 edizzjoni tal-Palk Ħieles. Li għamilna wieħed kuljum konna ndumu sejrin xahar sħiħ mit-twal! Din id-darba se nkunu f’post speċjali, The Mill – Art, Culture and Crafts Centre f’Birkirkara, li huwa mmexxi mill-Fondazzjoni Gabriel Caruana. Grazzi għal din il-fondazzjoni li laqgħatna, se jkollna l-opportunita li nħalltu żewġ tipi ta’ arti, dik mitkellma u dik viżiva.
Il-mistieden speċjali se jkun Walid Nabhan, l-awtur li ġej qrib minn fejn dan iż-żmien jgħidu li dehret stilla speċjali. Huwa wkoll hu stilla tant li bħalissa qed iġorr ix-xettru tal-premju tal-Unjoni Ewropea tal-Letteratura.
Bħal dejjem dak li ilek taħbi jew tikxef ftit ftit fuq l-internet, tista’ tiġi taqsmu b’mod dirett ma’ udjenza. Ktibtx poeżija, storja jew kanzunetta, aħna nixtiequ nisimgħuk. Kull lingwa, kull aċċent u kull djalett merħba bihom.
Id-dħul bħal dejjem huwa b’xejn u la nzertajna żmien il-festi, Inizjamed tixtieq taqsam tazza jew tnejn inbid magħkom.
Post: The Mill – Art, Culture, and Crafts Centre (Birkirkara),
Data: 20 ta’ Diċembru 2018 fis-19:30
Paġna Facebook: www.facebook.com/events/503353160161825/
EN
Inizjamed invites you for the 31st Open Mic edition. This edition will be held at The Mill – Art, Culture and Crafts Centre in Birkirkara on Thursday, 20 December. It is a special place run by the Gabriel Caruana Foundation, and will enable us to see a closeness between the spoken and the visual art.
Walid Nabhan will be the special guest. Nabhan is the winner of the EU Prize for Literature and while his Maltese is impeccable, he hails close to where most Maltese cribs try to emulate.
As always you are welcome to share with us what you have been hiding for a long time or drip feeding us on the internet. All genres of literature, original music or stand-up performance in any language is more than welcome.
Entrance is free and since we’re in the festive season, Inizjamed would like to share with you a glass or two of wine.
Venue: The Mill – Art, Culture, and Crafts Centre (Birkirkara),
Date: 20th December 2018 at 19:30
Facebook event page: www.facebook.com/events/503353160161825/