Fil-Mitħna — Ċentru Arti, Kultura u Snajja’, Triq in-Naxxar, Birkirkara, fil-21 ta’ Settembru 2019, fis-7.30 pm, se ssir it-tnedija ta’ “TLUQ”, ġabra ta’ poeżiji ġodda ta’ John Aquilina. Il-ktieb hu ppubblikat minn Edizzjoni Skarta, b’disinn oriġinali ta’ Marco Scerri.
Waqt is-serata, għadd ta’ poeżiji mill-ġabra se jinqraw mill-attur Jacob Piccinino u jitkantaw mill-mezzo-soprano Claire Ghigo, b’akkumpanjament ta’ mużika oriġinali ta’ Alex Vella Gregory. Se jkun hemm ukoll diskors kritiku mill-poeta Antoine Cassar li kien l-editur tal-ġabra.
L-avveniment hu bla ħlas u miftuħ għall-pubbliku. Il-ktieb se jinbiegħ għall-prezz ta’ €10.
Waqt it-tnedija, min hu interessat se jkun ukoll jista’ jixtri l-ewwel ktieb tal-awtur, “Leħnek il-Libsa Tiegħi”, li kien rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb fl-2010.
John Aquilina ilu jikteb mill-1994 u din hi t-tieni ġabra ta’ poeżiji tiegħu. Studja l-Matematika, u ilu jaħdem fid-dinja finanzjarja f’Londra mill-2005.
Post: Il-Mitħna — Ċentru Arti, Kultura u Snajja’, Triq in-Naxxar, Birkirkara
Data: Is-Sibt 21 ta’ Settembru, 2019
Ħinijiet: 19:00 sa 22:00
Paġna Facebook: https://www.facebook.com/events/2342694679171124/